L-immirar tas-settur tat-trasport Russu
Biex tirrestrinġi l-kapaċità tal-industrija Russa li takkwista oġġetti ewlenin u tfixkel is-setturi tat-toroq, tal-avjazzjoni u marittimi tagħha, l-UE imponiet
- projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tal-inġenji tal-ajru, il-partijiet u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru kollha lejn ir-Russja
- projbizzjoni fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ tiswija, manutenzjoni jew servizzi finanzjarji relatati kollha
- għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-UE għall-inġenji tal-ajru kollha li għandhom sjieda Russa, huma irreġistrati fir-Russja jew ikkontrollati minnha, inklużi jets privati ta’ oligarki
- restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti tan-navigazzjoni marittima u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni bir-radju
- projbizzjoni sħiħa tal-operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq Russi u Belorussi li jaħdmu fl-UE (ċerti eċċezzjonijiet se jkopru elementi essenzjali, bħall-agrikoltura u l-prodotti tal-ikel, l-għajnuna umanitarja kif ukoll l-enerġija)
- projbizzjoni sħiħa fuq trakkijiet bi trejlers u semitrejlers Russi milli jittrasportaw merkanzija lejn l-UE. Dan se jrażżan iċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjoni għall-operaturi Russi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, biex ma tinġarrx merkanzija fl-UE
- projbizzjoni fuq id-dħul ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera Russa fil-portijiet tal-UE (japplikaw eċċezzjonijiet għal skopijiet mediċi, tal-ikel, tal-enerġija u umanitarji)
- irtirar tar-rikonoxximent tar-Reġistru Marittimu Russu tat-Tbaħħir fil-livell tal-UE u projbizzjoni fuq id-dħul għall-bastimenti kollha ċċertifikati minnu, irrispettivament mill-bandiera li jtajru
- projbizzjoni ta’ servizzi marittimi mill-operaturi kollha tal-UE għall-kummerċ bejn ir-Russja u pajjiżi terzi sakemm dan ma jaqax taħt il-limitu massimu tal-prezz taż-żejt
- aċċess ristrett għas-servizzi finanzjarji għall-ferroviji Russi
- sanzjonijiet fuq diversi individwi marbuta mas-settur tat-trasport – inkluż il-Ministru tat-Trasport Russu
- projbizzjoni ta’ aċċess għall-portijiet tal-UE għal bastimenti li jwettqu trasferimenti minn vapur għal vapur suspettati li qed jiksru l-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni taż-żejt jew il-limitu massimu tal-prezz tal-Koalizzjoni tal-G7
- projbizzjoni ta’ aċċess għal portijiet tal-UE għal bastimenti jekk bastiment ma jinnotifikax lill-awtorità kompetenti mill-inqas 48 siegħa qabel dwar trasferiment minn vapur għal vapur li jseħħ fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru jew sa 12-il mil nawtiku mil-linja bażi tal-kosta ta’ dak l-Istat Membru
- projbizzjoni ta’ aċċess għall-portijiet tal-UE għall-bastimenti li jimmanipulaw jew jitfu s-sistema ta’ traċċar tan-navigazzjoni tagħhom meta jittrasportaw iż-żejt Russu li l-importazzjoni tiegħu hija pprojbita jew li huwa soġġett għall-limitu massimu tal-prezz tal-G7.